Il-Ġimgħa, 13 ta’ Ġunju 2008

It-Tieni Jum ta' Tridu - Marc Grandjuz mill-Beland u Kuncert


ara d-differenza tal-gallarija mit-Tnejn l'hawn

Is-sorpriza l-gdida - bandalora grandjuza




L-istatwa ta' Santa Katarina tal-Beland
uhud mis-sorprizi

Il-Kazin Tal-Lacci u l-pjancir tal-Beland

Il-Kannizatta


Illum kien imiss il-marc grandjuz tal-Beland, fejn ta' kull sena xi sorpriza partikolari tiddomina. Fit-8:30pm beda l-marc bil-Banda Beland minn quddiem il-kazin f'Misrah ir-Repubblika. Folol kbar ta' nies ingabru biex jaqbzu fil-marc, kif ukoll fuq iz-zuntier biex jaraw x'jafu joffru l-Belandisti u jistenew is-sorpriza l-gdida. Kien hemm pjazza kollha hadra b'dawk il-bnadar, bziezaq, dwal u armar tal-Beland. Wara ftit bdiet tinkisxef is-sorpriza li kienet moghtija b'drapp ahdar. Sorpriza interesanti twila madwar 3 sular, bandolora mpittra li tahdem bil-hydrolics. Wara li fethu s-sorpriza quddiem il-knisja mxew permezz ta' passigata Belandista ghall-pjazza ta' quddiem il-kazin tal-Homor. Hemm qatghu diversi hin jinku lill-partitarji opposti. Wara l-marc baqa' sejjer lejn in-naha ta' fuq tar-rahal.
X'hin il-marc telaq mill-pjazza, beda kuncert fuq il-pjancier tal-Banda Zejtun, fisthom kien hemm tkanta Petra Zammit. X'hin spicca l-kuncert rega' beda diehel il-marc tal-beland minn naha ta' Triq San Girgor. Briju kbir, il-kulur hadrani jiddomina ma' kulimkien u bil-bandisti jdoqqu taht il-kannizatta artistika. Ghall-habta ta' nofsillejl bdiet il-wirja ta' nar sikronizzat minn fuq il-bejt tal-kazin, li kien spetaklu shih. Wara l-wirja tan-nar gew ikantaw mill-gallarija tal-kazin Elonore Cassar il-kanzunetta 'Belandisti' u Gillian Attard b' 'Katarina Nhobbuk'. Kollox spicca ghall-habta ta' 12:30am.

No comments: