Il-Ħamis, 12 ta’ Ġunju 2008

L-Ewwel Jum ta' Tridu: Marc tal-Homor u Lejla Belandista












Ritratti dwar il-marc tal-Banda Zejtun

Gillian Attard tkanta waqt il-Lejla Belandista
Ghadda wkoll l-ewwel jum ta' tridu, li filghaxija wara c-celebrazzjonijiet interni, kien imiss il-marc ta' l-Ghaqda Banda Zejtun. Il-marc beda fit-8:30pm minn quddiem il-kazin f'Misrah Girgor Bonici, u baqa' mixi lejn Misrah ir-Repubblika quddiem il-kazin tal-Beland, fejn qatghu siegha quddiem il-kazin ta' l-iljuni kkantaw marci u jqablu taqbiliet. Il-banda mistidna kienet il-'Queen Victoria' tal-Karmnu taz-Zurrieq. F'dan il-marc l-aktar li kien jiddominaw hu n-nar ta' l-ajru minn fuq il-bjut tal-kazin u d-dekorazzjonijiet ta' sorprizi. Wara li taz-Zejtun Band telqu minn quddiem il-kazin tal-Beland, il-Belandisti bdew Lejla Belandista fil-kazin, fejn fost l-ohrajn giet Gillian Attard tkanta ''Katarina Nhobbuk''.
Il-marc wara li tilaq mill-pjazza baqa' sejjer lejn ir-rahal t'isfel fosthom Triq il-Kbira, Misrah il-Bjar, Triq Santa Cecilja, Triq Villa Cagliares, Triq Taltas, Triq Bugharbiel, Triq Mikiel Cachia, Triq id-Duluri, Triq Santu Wistin, Triq San Girgor, Triq Santa Monika u Triq il-Herba, sa kemm rega' wasal f'Misrah Girgor Bonici quddiem il-kazin. Il-marc spicca ghall-habta tal-11:30pm.

No comments: